100 Kitba | 100th Post

Mingħajr ma naf kif, qomt dalgħodu u għidt illum nixtieq nikteb waħda bil-Malti. Kif ftaħt This and That u ndunajt li din ser tkun kitba numru 100(!!!) tiegħi, irrealizzajt li ma nistax niċċelebra xi ħaga bħal din isbaħ milli nikteb bil-lingwa tiegħi.  Ha ngħid minn issa, skużawni jekk se jkolli xi żbalji ċkejknin imma ilni ma nikteb bil-Malti minn mindu kelli 18.  Naf, tal-mistħija! It-triq ta’ studju li għażilt hija kollha Ingliż u għalhekk sibt ruhi nikteb biss bl-Ingliż.  Nistħi ngħidha din imma qed inħossni stramba nikteb…bil-lingwa tiegħi stess!

Insomma, ħalli ma nkomplix neqred. Peress li din hija il-mitt kitba, ma nistax ma naħtafx l-opportunita’ u ngħid grazzi lil dawk kollha li qed ituni tant kuraġġ.  Il-familja tiegħi, l-għarus tiegħi, ħafna ħbieb (ha nsemmi lilek biss Claire, imma hemm hafna) u dawk kollha li b’Facebook jew b’xi mod iehor iħalluli kummenti veru sbieħ.

Jiena u nistudja dwar ħafna kittieba ta’ żmien ieħor qed nirrealizza kemm qed ngħixu fi żmien sabiħ.  Mhux talli qed inkunu esposti għal kwantita’ infinita t’informazzjoni, imma għandna tant opportunitajiet quddiemna biex inkunu kreattivi. Ejja ma naħluhomx.

Nispera li l-Malti tiegħi ma kienx gravi wisq.

Claire

PS.  For those who don’t understand Maltese, this is my 100th post and I decided to write it in my mother tongue.  I basically expressed the shame I feel in not writing in Maltese more often and thanked all those people who, in one way or an other, support me. Thank You!

Advertisements

2 thoughts on “100 Kitba | 100th Post

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s